Lourdes – Immaculate Conception Tour

Visiting:

  • Tour 1: 5 - 9 December
From € 470 per person

Il-Ħamis 5 ta’ Diċembru 2019

Niltaqgħu mat-Tour Leader fl-ajruport fl-11.00am. Nagħmlu ċ-check-in u fis- 1.00pm intiru bl-Air Malta lejn Lourdes. X’ħin naslu jkunu madwar it-3.35pm u l-coach teħodna lejn il-lukanda tagħna – Hotel Eliseo (4*)  fejn ikollna s-sistemazzjoni tal-kmamar. Ikollna harga ta’ familjarizzazzjoni  mat-tour leader u Direttur Spiritwali.

Filghaxija għal min irid se jkollna ċena fil-lukanda (extra).

Il-Ġimgħa 6 ta’ Diċembru 2019

Kolazzjon u wara mmorru sal-banjijiet ta’ Lourdes. Wara, id-Direttur Spiritwali iqaddsilna Quddiesa. Ikla ta’ nofsinhar (extra) fil-lukanda u wara jkollna eskursjoni optional nofstanhar għal Bartres u l-Meridien Shopping Arcade. Nirritornaw il-lukanda filgħaxija. Ċena fil-lukanda (extra) u wara flimkien ninżlu sal-grotta mad-direttur spiritwali u t-Tour Leader.

Is-Sibt 7 ta’ Diċembru 2019

Wara il-kolazzjon nisimgħu l-quddies.  Imbagħad ninvistaw il-knejjes li hemm fuq il-Grotta u nagħmlu l–Via Crucis, jekk tixtiequ.  Wara l-ikla ta’ nofsinhar (extra) għal min jixtieq, tiġi organizzata eskursjoni optional għall-belt ta’ Pau.  Waqt din l-eskursjoni immorru s-supermarket Auschan minn fejn tkunu tistgħu tagħmlu xi shopping.

Immorru lura il-lukanda għall-ikla ta’ filgħaxija (extra).  Illejla nipparteċipaw fil-purċissjoni ‘Aux Flambeaux’ li f’dan ix-xahar issir fil-ġurnata ta’ llum f’ġieħ il-festa tal-Madonna li tiġi ċċelebrata għada – L-Immakulata Kunċizzjoni.

Il-Ħadd 8 ta’ Diċembru 2019

Kolazzjon fil-lukanda. Illum tiġi ċċelebrata l-Quddiesa Internazzjonali peress li hija l-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni.  Wara li nieklu flimkien fil-lukanda (extra), għal min irid, tiġi organizzata eskursjoni optional għall- Pont d’Espagne.  Dan hu pont li jinsab 1496 metru ogħla mill-baħar.  Biex naslu għalih irridu nitilgħu l-muntanja bil-coach, qalb xenarju meraviljuż u numru kbir ta’ kaskati.  Nieqfu ftit f’Cauterets biex napprezzaw il-ġmiel ta’ din il-belt żgħira qalb il-muntanji.  Wara nkomplu lejn St.Savin– raħal ieħor tipiku tal-muntanji, fejn insibu knisja antika bil-famuż kurċifiss tal-injam.Nirritornaw il-lukanda għall-ikla ta’ filgħaxija (extra).

It-Tnejn 9 ta’ Diċembru 2019

Kolazzjon u wara nagħmlu dawra mal-postijiet ta’ interess ġewwa Lourdes bħal mitħna ta’ Boly fejn twieldet Bernardette, Cachot fejn kienet tgħix Bernardette meta kienet tidhrilha l-Madonna kif ukoll il-knisja parrokjali. Inżuru wkoll il-parti l-moderna ta’ Lourdes.  Ikla ta’ nofsinhar  (extra) fil-lukanda. Wara nofs inhar nitilqu lejn l-ajruport ta’ Lourdes minn fejn fis-6.30pm intiru lejn Malta fejn mistennija naslu għad-8.45 ta’ filgħaxija.

PRICE per person

TLIETA KBAR €470
TNEJN KBAR €480
SINGLE €592
TFAL (2-5 SNIN) €377
TFAL (6-11 SNIN) €399
  • Il-prezz tat-tfal japplika meta dawn ikunu akkumpanjati minn 2 jew 3 adulti f’kamra.
  • Dan it-tour huwa suġġett għall-kundizzjonijiet ġenerali tagħna. Jekk jogħġobkom aqrawhom sewwa qabel ma’ tibbukkjaw. Tistgħu tniżżlu kopja tagħhom minn fuq sit tagħna www.hamiltontravel.com.mt 

 

Price Includes

  • Titjiriet mal-Air Malta – Malta/Lourdes/Malta
  • Taxxi tal-ajru, fuel surcharge u service charge
  • Transfers ajruport/lukanda/ajruport
  • 4 iljieli akkomodazzjoni f’lukanda 4 star– Hotel Eliseo
  • Breakfast kull filghodu
  • Tour Leader u Direttur Spiritwali jakkumpanjaw il-grupp
  • Insolvency Fund

EXCURSIONS

Adults Children 2-11
Bartres / Meridien Shopping €16 €9
Pau / Auchan Shopping €26 €14
Pont D'Espagne €28 €14
Full Board - 8 ikliet €69 €31

EXTRAS

L-eskursjonijiet
Insurance - €25 Kbar, €17 Tfal (2 sa 15-il sena). L-Insurance trid titħallas doppja għal dawk bejn is-70 u l-75 sena.
Taxxa tal-belt – madwar €2.10 kull persuna kull lejl
Il-Full Board - 8 Ikliet b'kollox

YES! I'M INTERESTED IN THIS TRIP

Kindly full in your details in the form below and we'll get back to you with further details.

By clicking to the submit button, I confirm that I have read and agreed to Hamilton Travel Privacy Policy with regards to handling of personal data.

This is just a request and not a booking.

NEWSLETTER SIGNUP

SEARCH