LONDON NEW YEARS EVE

Visiting: Brighton, Canterbury, Leeds Castle, London, Westfield London Shopping Centre

  • Tour 1: 28th December 2019 - 2nd January 2020
From € 549 per person

Is-Sibt 28 ta’ Diċembru 2019

Niltaqgħu mat-Tour Leader fl-ajruport fis-06.30 filgħodu fejn intiru ma’ l-Air Malta KM 116 lejn L-ajruport ta’ Gatwick Londra fid-08:40 am. Mistennija naslu ġewwa Londra  f’xil 11.00 am. Bil-coach privata tagħna mmorru mill-ewwel fiċ-ċentru ta’ Londra, fejn noffrulkom (b’xejn) sightseeing tour tal-belt.  Naraw fost oħrajn postijiet bħal Piccadilly Circus, Trafalgar Square, Houses of Parliament, Big Ben, Buckingham Palace, ix-xmara Thames, St. Paul’s Cathedral, il-London Eye u Westminster Abbey.  Ikollna wkoll waqfiet fejn wieħed ikun jista’ jieħu xi ritratti.  Wara, nibqgħu sejrin il-lukanda tagħna f’Londra – Hotel HOLIDAY INN BLOOMSBURY – Lukanda 4 STAR li tinsab fiċ-ċentru.  Sistemazzjoni tal-kmamar u ħarġa ta’ familjariżazzjoni mat-Tour Leader.  Ikunu bdew il-famużi sales tal-istagun f’xi uħud mill-ħwienet!

Il-Ħadd 29 ta’ Diċembru 2019

English Breakfast fil-lukanda u wara norganizzaw eskursjoni (optional) ghal-belt ta’ Canterbury, waħda mill-bliet l-aktar imfittxija mit-turisti li jżuru r-Renju Unit.  Canterbury hija belt storika magħrufa għall-eqdem katidral fl-Ingilterra u UNESCO World Heritage Site. Canterbury tinsab fuq ix-Xmara Stour. Nipproċedu biex inżuru Leeds Castle (entratura inkluża) magħruf bħala wieħed mill-isbaħ kastelli fid-dinja, fejn fis-seklu 21 sar meqjus bħala l-aktar bini storiku li n-nies iżuru fl-Ingilterra. Leeds Castle kien il-proprjetà privata ta’ sitt irġejjen medjevali ta’ l-Ingilterra.  Minn wara is-sena 1278, għall-300 sena wara, il-kastell baqa’ residenza rjali, qabel ma reġa’ sar dar privata.

It-Tnejn 30 ta’ Diċembru 2019

English breakfast fil-lukanda. Għal min irid illum se tiġi organizzata eskursjoni optional ta’ ġurnata għax-shopping ġewwa Westfield London Shopping Centre. Dan huwa stabbiliment kbir fejn wieħed isib aktar minn tlett mitt ħanut, b’marki li jvarjaw minn ħwienet regolari sa ħwienet ta’ disinjaturi kbar. F’Westfield insibu rappreżentazzjoni ta’ ‘The Village’, waħda mid-destinazzjonijiet ta’ Londra ta’ shopping centre li fih aktar minn 40 ditta ta’ lussu. Apparti minn destinazzjoni rinomata, f’Westfield Londra, wieħed isib iktar minn 60 ristorant u bars b’diversita kbira ta’ ikel li żgur jolqot il-gosti ta’ kullħadd.  Dinja ta’ kull tip ta’ ikel – ristoranti li joffru ikel bnin u eżotiku minn kull rokna tad-dinja f’ambjent rilassanti. U dan mhux kollox! Westfield joffri wkoll ċinema ta’ l-aqwa teknoloġija fl-Ewropa: Vue Cinema – esperjenza unika ta’ ċinematografija li żgur togħġob lil ħafna nies wara ġurnata mimlija shopping.

Il-Tlieta 31 ta’ Diċembru 2019

English Breakfast fil-lukanda.  Wara jkollna eskursjoni optional ta’ ġurnata għal Brighton –post mill-isbaħ fejn il-baħar. Brighton tinsab madwar siegħa il-bogħod fin-nofsinhar ta’ Londra. Huwa post popolari għall-bajja kbira kif ukoll għall-‘Brighton Pier’.  Hawnhekk insibu ukoll ‘The Royal Pavilion’, residenza irjali li kienu jużaw qabel, mibnija fl-1787. Huwa post fuq stil ‘Indo-Saracenic’, stil popolari li kienu jużaw ħafna fl-Indja għall-maġġoranza tas-seklu dsatax.  Fi Brighton insibu wkoll distrett magħruf bħala ‘The Lanes’ – kollezzjoni ta’ ħwienet karatteristiċi tal-post; ix-shopping mall ‘Churchill Square’ bi 80 ħanut li wkoll ikunu bis-sales tax-xitwa. Lura Londra  għall -ħarġa mat-Tour Leader filgħaxija sabiex tassistu ghaċ-ċelebrazzonijiet ta’ l-aħħar tas-sena li jinkludu spettaklu ta’ logħob tan-nar f’nofs il-lejl fuq ix-Xmara Thames.

L-Erbgħa 1 ta’ Jannar 2020

Merħba 2020 ! Is-Sena t-Tajba! English breakfast u llum se nħallukom liberi.  Wara nofsinhar tistgħu tmorru mat-Tour Leader sa Regent Street għall-parata tal-Ewwel tas-Sena u wara sa Hyde Park fejn f’dawn il-jiem jarmaw attrazzjonijiet differenti u divertenti f’dak li jissejjaħ ‘Winter Wonderland’.

Il-Ħamis 2 ta’ Jannar 2020

English breakfast fil-lukanda. Wara ngħabbu il-bagalji fuq il-coach privata li se twassalna l-ajruport ta’ Gatwick sabiex naqbdu it-titjira ta’ l-Air Malta KM 117 li mistennija tiltaq f’nofs in-nhar u tasal Malta f’xil-4.15 ta’ wara nofs in-nhar.

PRICE per person

3 KBAR F'KAMRA €549
2 KBAR F'KAMRA €599
SINGLE €839
TFAL (2-12 SENA) €384

Dan it-tour huwa suġġett għall-kundizzjonijiet ġenerali tagħna. Jekk jogħġobkom itolbu kopja tagħhom u aqrawhom sewwa qabel tibbukkjaw.  Kopja tal-kundizzjonijiet tista’ wkoll titniżżel minn fuq is-sit www.hamiltontravel.com.mt.  La darba tibbukkjaw tiġu meqjusa li tkunu qrajtu dawn il-kundizzjonijiet.

Price Includes

  • Titjiriet bl-Air Malta – Malta/Londra/Malta
  • It-taxxi tal-ajru, Service Charge u Fuel Surcharge
  • Transfers b’coach privata – Ajruport/Lukanda/Ajruport
  • Tour Panoramiku ta’ Londra
  • 5 iljieli akkomodazzjoni ġewwa Holiday Inn Bloomsbury Hotel fiċ-ċentru ta’ Londra
  • Breakfast kull filgħodu
  • Servizz ta’ Tour Leader
  • Insolvency Fund

EXCURSIONS

Adults Children 2-12
Westfield London Shopping centre €36 €26
Brighton €60 €50
Canterbury/Leeds Castle €77 €67

EXTRAS

L-Insurance – €25 Kbar (minn 16-69 sena), €50 Kbar (minn 70-75 sena), €65 Kbar (minn 76-80 sena), €17 Tfal (2-15-il sena)

YES! I'M INTERESTED IN THIS TRIP

Kindly full in your details in the form below and we'll get back to you with further details.

By clicking to the submit button, I confirm that I have read and agreed to Hamilton Travel Privacy Policy with regards to handling of personal data.

This is just a request and not a booking.

NEWSLETTER SIGNUP

SEARCH