HOLLAND NEW YEARS EVE

Visiting: Amsterdam, Marken, Rotterdam, The Hague, Volendam, Zaanse Schans

  • Tour 1: 28th December 2019 - 1st January 2020
From € 635 per person

Is-Sibt 28 ta’ Diċembru 2019

Niltaqgħu l-ajruport fil-5.20am sabiex fis-07:20am intiru lejn Amsterdam b’titjira tal-Air Malta. Mal-wasla tagħna għall-ħabta tal-10:40am, il-kowċ teħodna lejn il-lukanda tagħna li tinsab ġewwa Eindhoven u li hija waħda 4 star – Holiday Inn, Eindhoven. Wara nofs inhar ikun hemm ħarġa ta’ familjarizzazzjoni mat-Tour Leader. Ċena fil-lukanda (extra).

Il-Ħadd 29 ta’ Diċembru 2019

Breakfast fil-lukanda u wara eskursjoni optional ta’ ġurnata għal Volendam u Marken , żewġ villaġġi tas-sajjieda li donnhom għadhom jgħixu fis-seklu dsatax.  Nibdew billi inżuru Volendam – villaġġ antik maghruf ukoll għal wieħed mill-isbaħ portijiet. Minn hawnhekk taqbdu dgħajsa żgħira li toħodkom fil-post ta’ Marken. Naqbdu il-kowċ u nipprosegwu ghall- Zaanse Schans, il-villaġġ tal-imtieħen. Hawnhekk nagħmlu waqfa f’razzett fejn naraw kif isir il-ġobon. Ċena fil-lukanda (extra).

lt-Tnejn 30 ta’ Diċembru 2019

Breakfast fil-lukanda. L-eskursjoni optional tal-lum se teħodna ġewwa l-belt kapitali, Olandiża – Amsterdam. Matulha jkollna l-opportunita’ li nieħdu dgħajsa (inkluża) u nagħmlu dawra fuq il-kanali ta’ Amsterdam.  Din il-belt hija magħrufa għall-kanali tagħha, tant hu hekk li jsibuha bħala l-Venezja tan-Nord.  Waqt din l-eskursjoni jkun hemm ħin bizzejjed għax-shopping. Ċena fil-lukanda (extra).

It-Tlieta 31 ta’ Diċembru 2019

Breakfast fil-lukanda u għal min irid ikollna eskursjoni optional ta’ nofstanhar għal Rotterdam u The Hague. Inżuru Rotterdam – wieħed mill-ikbar portijiet fl-Ewropa fejn ikollna ħin liberu għax-shopping.  Inkomplu lejn The Hague, fejn jiltaqa’ l-Parlament tal-Olanda. Nirritornaw lura l-lukanda.

Illejla bħala optional, noffrulkom transfer bil-coach sa Amsterdam (tluq mill-lukanda f’xi s-7.30pm u nitilqu minn Amsterdam fis-1.00am).  Rembrandtplein, Nieuwmarkt, Leidseplein u Dam Square jkunu mimlijin kollha attivitajiet.  Mat-tokki ta’ nofsillejl is-sema ta’ Amsteram tixgħel bil-logħob tan-nar u dwal.  (Illejla ma jkollniex ċena)

L-Erbgħa 1 ta’ Jannar 2020

Is –Sena t-Tajba!

Breakfast u wara ħin liberu fin-nofstanhar ta’ filgħodu. Wara nofs inhar nipproċedu lejn l-ajruport ta’ Dusseldorf minnfejn fil-5.15pm naqbdu t-titjira lura lejn Malta fejn mistennija naslu għat- ta’ filgħaxija.

PRICE per person

*Special Price
3 KBAR €657 €557
2 KBAR €635 €535
SINGLE €766 €666
TFAL (2-11 SA TLUQ TAL-VJAGG) €493 €393

**Il-prezz specjali huwa validu biss għal min jieħu l-half board u l-eskursjonijiet kollha**

Kmamar ta b’4 huma limitati ghal 2 kbar u 2 tfal.

Kmamar ta b’3 kbar huma limitati.

Mac-check-in ukoll il-lukanda tirrikjedi depożitu ta’ €50 bħala garanzija għal xi ħsarat li jistgħu isiru. Dawn jiġu rimborsati fl-aħħar ġurnata.

Dan it-tour huwa suggett ghal-kundizzjonijiet generali taghna. Jekk joghgobkom itolbu kopja ta’ dawn u aqrawhom sewwa qabel ma’ tibbukkjaw.  Kopja taghhom tista’ titnizzel minn fuq is-sit www.hamiltontravel.com.mt

Price Includes

  • Titjiriet bl-Air Malta – Malta/Amsterdam/Malta
  • Taxxi, fuel surcharge u service charge
  • It-taxxa tal-Belt
  • Transfers – Ajruport/Lukanda/Ajruport
  • 4 iljieli akkomodazzjoni f’lukanda 4 star gewwa Eindhoven
  • Breakfast kull filgħodu
  • Servizz ta’ Tour Leader
  • Insolvency Fund

EXCURSIONS

Adults Children 2-11
AMSTERDAM €59 €49
MARKEN, VOLENDAM & ZAANSE SHANS €59 €49
ROTTERDAM & THE HAGUE €45 €30
TRANSFER TO AMSTERDAM FOR NYE €50 €45
HALF BOARD €90 €65

EXTRAS

Insurance - €25 Kbar (minn 16-69 sena) ; €50 Kbar (minn 70-75 sena), €65 Kbar (minn 76-80 sena); €17 Tfal (minn 12-15-il sena)

YES! I'M INTERESTED IN THIS TRIP

Kindly full in your details in the form below and we'll get back to you with further details.

By clicking to the submit button, I confirm that I have read and agreed to Hamilton Travel Privacy Policy with regards to handling of personal data.

This is just a request and not a booking.

NEWSLETTER SIGNUP

SEARCH